gov.mt

PR261737

PR261737

17/10/2026

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta tingħaqad ma’ kapijiet ta’ stati Ewropej oħra għal-laqgħat tal-Grupp Arraiolos

​

Fis-Slovenja, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono pparteċipat fil-laqgħa informali tal-Grupp ‘Arraiolos’, li jiġbor Kapijiet ta’ Stat mhux eżekuttivi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-President ta’ Malta kienet milqugħa mill-President tas-Slovenja, l-Eċċellenza Tagħha Nataša Pirc Musar. 

F’sessjoni plenarja, il-mexxejja preżenti ddiskutew ir-rwol tal-Unjoni Ewr​opea fl-isfond tas-sitwazzjoni ġeopolitika internazzjonali, fejn it-tema prinċipali kienet li l-Unjoni Ewropea jkollha vuċi konsistenti u aktar b’saħħitha speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-bżonn għar-ħarsien tal-liġi internazzjonali.

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono ngħaqdet ukoll mal-mexxejja għal sessjoni oħra fil-Kastell ta’ Brdo, li ffukat fuq il-kooperazzjoni multilaterali u l-irwol tan-Nazzjonijiet Uniti u istituzzjonijiet internazzjonali oħra quddiem l-isfidi li qed jiffaċċjaw.

Il-President ta’ Malta u d-delegazzjoni li qed tmexxi fis-Slovenja mistennija tirritorna Malta illum filgħaxija.


​

​